Dan iż-żmien tal-Konklavi kien mimli tifsir mħux biss għall-Kulleġġ tal-Kardinali, iżda wkoll għall-Insara kollha.
F’dawn il-jiem kważi stajna mmissu b’idejna l-affett u s- solidarjetà tal-Knisja universali, kif ukoll l-attenzjoni ta’ ħafna nies li, anki jekk m’għandhomx il-fidi tagħna, iħarsu b’rispett u b’ammirazzjoni lejn il-Knisja u s-Santa Sede.
Minn kull rokna tad-dinja tela’ talb ferventi u unanimu tal-poplu Nisrani għall-Papa l-ġdid, u l-ewwel laqgħa tiegħi mal-folla miġbura fi Pjazza San Pietru kienet mimlija emozzjoni. B’dik ix-xbiha evokattiva tal-poplu jitlob u ferħan li għadha stampata f’moħħi, nixtieq nesprimi l-gratitudni sinciera tiegħi lill-Isqfijiet, saċerdoti, persuni kkonsagrati, żgħażagħ, familji, u anzjani għall- qrubija spiritwali tagħhom, tant kommoventi u ferventi.
FRANĠISKU
Udjenza mal-Kardinali kollha
15 ta’ Marzu 2013